15.8.09

Ir-Rabat Għawdex kif ukoll il-Fontana

Ix-Xagħra, ix-Xewkija, il-Qala u n-Nadur

Ta' Sannat, il-Munxar, Ta' Kerċem u Għajnsielem

L-Għarb, l-Għasri, San Lawrenz u ż-Żebbuġ, Għawdex

Il-Gżira u Tas-Sliema

Pembroke, is-Swieqi u San Ġiljan

Il-Mosta, in-Naxxar u Ħal Għargħur

L-Imġarr, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar

Ħad-Dingli, ir-Rabart, l-Imdina u l-Imtarfa

Ħal Lija, Ħ'Attard u Ħal Balzan

Birkirkara, l-Iklin u San Ġwann

Il-Belt Valletta u l-Furjana

L-Imsida, il-Ħamrun, Tal-Pietà u Ta' Xbiex

Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, il-Marsa u Santa Venera

Il-Qrendi, is-Siġġiewi u l-Imqabba

Iż-Żurrieq, Ħal Safi u Ħal Kirkop

Ħal Għaxaq, il-Gudja, Ħal Luqa u Birżebbuġa

Raħal Ġdid, il-Fgura, Ħal Tarxien u Santa Luċija

Wied il-Għajn, iż-Żejtun u Marsaxlokk

Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra u l-Kalkara

Il-Kottonera (Il-Birgu, Bormla u l-Isla)

  1. IL-BIRGU: Matul l-istorja, il-Birgu żvillupa bħala l-belt maritima ta' Malta. Kull forza militari u ġnus li ħakmu lil Malta dejjem użaw il-Birgu bħala belt tal-baħar importanti, peress li tinsab f'pożizzjoni tajba fil-Port il-Kbir. il-Birġin (in-nies tal-Birgu) dejjem ħadmu mal-attivitajiet maritimi tal-Gżejjer Maltin u għal diversi sekli l-Marina tal-Birgu u l-Forti Sant' Anġlu servew bħala post importanti għall-vapuri merkantili u militari, kif ukoll bħala kwartieri ġenerali għan-navi Ngliżi fil-Mediterran.
il-Mużew Maritimu ta' Malta; il-Palazz tal-Inkwiżitur - il-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija; il-Mużew Malta fil-Gwerra; il-Mużew Parrokkjali tal-Birgu (l-Oratorju); il-Mina l-Kbira; Couvre Porte; Advanced Gate; it-Torri ta' San Ġwann; it-Torri ta' San Ġakbu; Forti Sant' Anġlu; il-Palazz tal-Armerija; il-Berġa de Provence; il-Berġa d'Auvergne; il-Berġa ta' Franza; il-Berġa ta' Aragona; il-Berġa ta' Kastilja, Leon u l-Portugall; il-Berġa d'Angleterre; il-Knisja tal-Lunzjata (San Duminku); il-Knisja ta' Sant' Anna (Santa Skolastika); il-Kappella ta' Sant' Anna; Arco Solarium; il-Palazz tal-Isqof; il-Palazz Bettina; il-Forn tal-Ordni; Il Ballette; is-Swar tal-Prescia; il-Knisja tal-Madonna ta' Monserrat; Niċċa tal-Kurċifiss; il-Palazz Casino di Venezia; il-Maħżen Carafa; Ġnien l-Inkurunazzjoni; is-Swar D'Homedes; il-Batterija De Guirall; l-Infermerija; il-Monument tal-Ħelsien; il-Knisja tat-Trinità; Jews' Sally Port; il-Palazz Maġisterjali; il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu; l-Oratorju tal-Kurċifiss, l-Oratorju ta' San Ġużepp; il-Pont Couvre Porte; il-Pont Sant' Anġlu; Forti Salvatur; Dar il-Papat Grieg; il-Kavallier ta' San Ġwann; il-Kavallier ta' San Ġakbu; il-Palazz tat-Teżorija; il-Palazz tal-Università; Bieb is-Sultan Bormla:

It-Tempji Qodma

  1. L-IMNAJDRA It-Tempji tal-Imnajdra jinsabu l-Qrendi ftit il-bogħod mit-Tempju ta' Ħaġar Qim. Biex tmur tara' dawn it-tempji tista' taqbad tal-linja numru 35, jew bil-karozza tara' s-sinjali mil-lokalitajiet taż-Żurrieq, il-Qrendi jew is-Siġġiewi. Jiftaħ għall-wiri mit-Tnejn sal-Ħadd bejn id-disgħa ta' filgħodu (9:00) u l-ħamsa ta' filgħaxija (17:00). L-aħħar dħul ikun fl-erbgħa u nofs ta' waranofsinhar (16:30). Dawn it-Tempji jibqgħu mgħaluqa ħames darbiet biss matul is-sena, f'Lejlet il-Mieled, fil-Milied, f'Lejlet l-Ewwel tas-Sena, fl-Ewwel tas-Sena u fil-Ġimgħa l-Kbira.

  1. ĦAĠAR QIM It-Tempju ta' Ħaġar Qim li nstab fl-1839 jinsab 500 metru biss il-bogħod mit-Tempji tal-Imnajdra, fuq barra tal-lokalità tal-Qrendi. Hawn instabet l-istatwa tal-'Mara l-Ħoxna' li llum tinsab fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Hu wieħed mill-akbar tempji li nsibu f'Malta. L-informazzjoni tad-dħul għall-wiri u meta jkun mgħaluq huma l-istess bħal tat-Tempji tal-Imnajdra. Biex tara' dan it-tempju tista' tixtri biljett wieħed u tkun tista' tara' dan iż-żewġ kumplessi storiċi li nsibu l-Qrendi ftit il-bogħod minn Wied iż-Żurrieq.

  1. TEMPJI TA' ĦAL TARXIEN It-Tempji ta' Ħal Tarxien li huwa l-akbar kumpless ta' tempji, fejn insibu 4 strutturi megalitiċi. Dawn it-tempji jinsabu mdawrin bid-djar li hemm fil-lokalità ta' Ħal Tarxien eżatt fi Triq it-Tempji Neolitiċi, mal-fruntieri li jmissu ma' Raħal Ġdid. Biex tasal għal dawn it-Tempji tista' tirkeb tal-linja li jgħaddu għan-nofsinhar ta' Malta, fosthom ta' Ħal Għaxaq, il-Gudja, Birżebbuġa, Marsaxlokk u ż-Żejtun. Jekk tkun sa tasal wasla bil-karozza tista' tasal sal-Pjazza ta' Raħal Ġdid jew Ħal Tarxien u timxi mat-tabelli. Triq dejjem toqgħod attenti li ma tgerfxux dawn it-tempji mal-Ipoġew ta' Ħal Saflieni. L-informazzjoni tad-dħul għal wirjiet u meta jkunu mgħaluqin huma l-istess bħal tat-tempji tal-Imnajdra u Ħaġar Qim.

  1. IL-ĠGANTIJA It-Tempji tal-Ġgantija huwa l-iktar sit arkeoloġiku importanti f'Malta, jew eżatament f'Għawdex. Dan il-kumpless jikkonsisti minn żewġ tempji, li huma l-eqdem struttura mibnija fid-dinja. Dawn it-tempji jinsabu fil-lokalità tax-Xagħra, eżatamet fi Triq it-Tempji. Biex tasal għal dawn it-tempji li jinsabu fil-Gżira Għawdxija barra li taqbad il-vapur t'Għawdex miċ-Ċirkewwa trid tasal wasla sal-Venda tal-Belt Vittorja biex taqbad tal-linja lejn ir-raħal tax-Xagħra twaslek eżatt quddiem il-Ġgantija. Jekk se tasal bil-karozza l-aħjar tasal sa Pjazza Vitorja, il-pjazza prinċipali tax-Xagħra, u timxi mas-sinjali. Dan it-tempju jiftaħ ukoll l-istess ħinijiet u jiem ta' tempji li tkelimna dwarhom hawn fuq.

  1. ĦAL SAFLIENI L-Ipoġew ta' Ħal Saflieni li jinsab fi Triq Ħal Saflieni ġewwa Raħal Ġdid (Paola), hu kumpless imħafer taħt l-art. Bħat-tempji l-oħra hu mniżżel mal-lista ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO. Dan is-sit hu miftuħ għal massimu ta' 80 viżitatur kuljum, għalekk importanti li tibbukkja minn qabel. Biex tibbukkja online tista' tidħol fuq http://www.heritagemaltashop.com/. Tista' tixtri l-biljetti wkoll miċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Ipoġew ġewwa Raħal Ġdid, mill-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija ġewwa l-Belt Valletta, mit-Tempji tal-Ġgantija ġewwa x-Xagħra, u mill-Mużew tal-Arkeoloġija ġewwa ċ-Ċittadella, Għawdex. Għal iktar informazzjoni tista' tibgħat ittre (email) fuq hypogeum@gov.mt. Biex tasal għal dan l-ipoġew trid taqbad tal-linja li jgħaddu mill-Pjazza ta' Raħal Ġdid u tieqaf fl-istage ta' ħdejn il-knisja parrokkjali ta' Kristu Re u timxi lejn il-Poli Klinika ta' Raħal Ġdid. Dawk li jmoru bil-karozza tagħhom jista' jagħmlu dan billi jaslu ħdejn ir-roundabout ta' Santa Luċija u jidħlu lejn Triq Ħal Luqa u jimxu mat-tabelli.